Il-maroons mill-ġdid fil-quċċata wara rebħa tajba fil-gżira ta’  tlett għoljiet.

F’ġurnata xitwija u bix-xita il-ħin kollu traxxax it-team tal-Gżira United kisbu rebħa importanti kontra t-team ta’ Gozo Fc biex ser ikunu t-team tal-maroons li ser jispiċċaw it-2009 waħedhom f’ras il-klassifika tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni.  Il-logħba ġiet posposta mill-Gozo Stadium minħabba ix-xita li niżlet matul il-lejl u minnflok intlgħabet fil-ground tas-Sannat.

It-team ta’  Għawdex beda il-logħba fuq l-offensiva u kienu perikolużi wara erba’ minuti.  Kien id-difensur ta’ Gżira Hubert Bonello li tilef ballun barra l-kaxxa l-kbira difiża mill-Gżira meta kien pressat minn Jason Portelli., li dan kompla javvanza u venven shot li għadda  ċentimetri barra mill-lasta diviża minn Keith Camilleri.  Wara din l-azzjoni l-Gżira pruvaw ikunu perikolużi, l-ewwel minn freekick ta’ Josef Felice bid-difiża Għawdxija tiklerja kif tista u ftit wara kien free kick ieħor din id-darba ta’ James Tabone lejn Alessandro Pirrone b’dan ta’ l-aħħar jiġi iġġudikat li kien f’pożizzjoni irregolari mill-assistent referee. Fis-seba’ minuta reġgħu kienu it-team tal-Gżira li resaq viċin li jiftaħ l-iscore meta rajna pass meqjus ta’ Steve Gatt lejn Alessandro Pirrone li pressat mid-difensuri ta’ Gozo xeħet għoli fuq il-lasta difiża minn Steve Sultana.  Kien imiss lil Gozo li jersqu viċin li jiftħu l-iscore.  Freekick tajjeb ta’ Jason Portelli bil-goalkeeper Camillieri jsalva l-ballun pero ma jżommx b’ Saviour Attard ma jolqotx il-ballun tajjeb u għalhekk jitbiegħed għal darb oħra l-periklu mill-lasta tal-maroons.  Ma kienux għaddew żewg minuti li Keith Camilleri ma reġax salva lil maroons minn goal.  Kien Hubert Bonello li tilef ballun ieħor fid-diviża tal-Gżira b’Camilleri joħroġ tajjeb ġo saqajn Johnny Camilleri u jilqa tajjeb.

Kien imiss lill-Gżira li jkunu perikolużi meta rajna ħarba tajba ta’ James Tabone fuq il-lemin dan kompla javvanża u ezatt kif kien dieħel fil-kaxxa jiġi mwaqqa bir-referee jħalli l-logħob għaddejj u d-difiża tiklerja l-ballun fi throw in.   Il-maroons reġgħu kienu perikoluzi wara ħdax il-minuta logħob meta corner insidjuż ta’ Neil Gatt Coleiro jaqsam il-kaxxa ż-żgħira kollha bil-players tal-maroons ma jilħqux il-ballun li jispiċċa f’goal kick favur it-team Għawdxi.  Tlett minuti wara Gżira kienu għoddom fetħu l-iscore. Kien kontra attakk veloċi ta’ Steve Gatt li jagħti through pass perfett lejn Alessandro Pirrone li minn pożizzjoni favorevoli jitfa l-ballun ftit barra.  Il-goal tal-Gżira kien qed joqrob u fid-dsatax il-minuta logħob rajna ħarba tajba fuq iil-linja tax-xellug ta’ Melcolm Sultana u dan jiġi mwaqqa bir-referee jsaffar freekick favur il-maroons.  Inkariga minnu l-istess Malcolm Sultana bil-goalkeeper  Steve Sultana joħrog ħażin għal ballun u kien il-player Għawdxi Saviour Attard li f’attentat iddisprat biex jiklerja l-ballun tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess għal autogoal klassiku.

Tnejn u għoxrin minuta logħob u Gżira setgħu għamluhom tnejn.  Ħarba tajba ta’  Keith Bonello u d-difiża ta’ Gozo ma kella l-ebda għażla ħlief li twaqqa lil midfielder tal-Gżira barra l-kaxxa l-kbira.  Jinkariga mill-freekick l-istess Bonello bix-shot bid-dawra tiegħu jispicca għoli fuq il-lasta difiża minn Sultana.  Man-nofs siegħa logħob it-team Għawdxi seta’ faċilment ġab l-iscore indaqs. Kienet daqqa ta’ ras qasira lura ta’ Hubert Bonello lejn il-goalkeeper Keith Camilleri jidħol tajjeb Johnny Camilleri ta’ Gozo Fc iżda ix-shot tiegħu jispiċċa barra.   Minuta wara Gżira United ħolqu azzjoni verament sabiħa bejn Keith Bonello, Malcolm Sultana u Alessandro Pirrone b’dan ta’ l-aħħar ma tkunx il-ġurnata tiegħu u jitfa barra minn pożizzjoni tajba.  F’dan il-mument Gżira kienu superjuri għal kollox fuq l-avversarji u eżattament fit-tnejn u tletin minuta logħob kien Malcolm Sultana li tefa’ ballun tajjeb lejn Alessandro Pirrone li b’lob perfett bil-balllun jistampa mal-lasta l-minduda u jispiċċa f’idejn il-goalkeeper Sultana.  Lanqas ma kienet għaddiet minuta u kienet ħarba tajba ta’ l-istess Alessandro Pirrone kompla javvanza ġol-kaxxa u hekk kif kien ser idur mall-goalkeeper Steve Sultana dan waqqa lil Pirrone ma l-art bir-referee jsaffar penalty favur Gżira u juri l-karta s-safra lil goalkeeper Steve Sultana li kien xi ftit fortunat li ma ntweriex il-karta l-ħamra.  Inkariġa mill-penalty il-captain Keith Bonello li b’shot angolat għeleb lil Sultana għat-tieni goal tal-partita.  Gżira kienu qed igawdu vantaġġ komdu u għalhekk bdew jikkontrollaw lil avversarji li resqu viċin biss lejn il-lasta ta’ Camilleri fis-sebgħa u tletin minuta logħob meta shot mill-bogħod ta’ Brian Mielak bil-goalkeeper Keith Camilleri jilqa mingħir diffikulta. 

It-tieni taqsima bdiet b’sostituzzjoni kull wieħed għaż-żewġ timijiet.  Għal Gozo FC daħal jilgħab Sam Frank Bajada minnflok Robert Grima u għall-maroons Richard Attard ħa post l-imweġġa Steve Gatt.  Kienu Gozo li reġgħu ħarġu fuq l-offensiva u rebħu freekick f’pożizzjoni ideali minn foul ta’ Thane Micallef.  Inkariga mill-freekick Mario Mifsud u Keith Camilleri salva tajjeb.  Tett minuti wara u Gżira resqu lejn il-lasta ta’ Sultana.  Kien pass ta’ Richard Attard lejn Thane Micallef bil-cross ta’ Micallef ikun wisq fil-goalkeeper li zamm mingħir diffikulta.  Gżira komplew ikunu tajbin u freekick insidjuz ta’ Neil Gatt Coleiro lejn Keith Bonello bil-goalkeeper Sultana jitfa’ f’corner.  Kellhom jgħaddu sitt minuti biex erġajna rajna azzjoni oħra ta’ nota.  Kienet azzjoni tajba bejn Keith Bonello  u Josef Felice bil-pass tiegħu lejn is-sostitut Richard Attard bl’assistent referee jxejjer il-bandiera għal offside.  Mal-kwarta logħob Gżira għalqu il-logħba, kien Richard Attard li daħal fil-kaxxa u wara żball tad-difensuri Għawdxin li daħlu ġo xulxin bil-ballun jispicca għand Keith Bonello u minn quddiem il-goalkeeper pero minn angolu xi ftit magħluq ma falliex . 

Gozo pruvaw jagħmlu xi ftit ta’ reazzjoni pero ma kienux perikolużi lejn il-lasta tal-Gżira u fil-fatt kienu Gżira li reġgħu kienu perikolużi meta fit-tmintax il-minuta kienet ħarba ta’ James Tabone li żied ballun lejn Malcolm Sultana bil-cross tiegħu jispicca f’idejn il-goalkeeper Steve Sultana.  Żewġ minuta wara iż-żewġ timijiet għamlu t-tieni sostituzzjoni.  Għall-Gżira daħal jilgħab Nico Corito flok Alessandro Pirrone waqt li għal Gozo Fc daħal fil-ground Philip Attard flok Ryan Grech. Il-logħba kompliet f’idejn il-maroons fejn azzjoni oħra tajba ta’ Malcolm Sultana bil-cross finali tiegħu jerġa’ jkun wisq fil-goalkeeper.  Fit-tlieta u għoxrin minuta logħob tat-tieni taqsima rajna azzjoni oħra ta’ nota għall-Gżira United fejn kien Richard Attard li ġie mwaqqa minn Sam Bajada bir-referee juriħ il-karta s-safra.  Mill-istess freekick jinkariga Josef Felice li jitfa għoli.  Kien imiss lis-sostitut Nico Corito li ftit wara ittanta xortiħ wara azzjoni personali bil-ballun jispiċċa barra ftit il-bogħod mill-lasta difiża minn Sultana.  Bil-ħin għaddejj Gozo pruvaw jagħmlu xi ftit tal-pressjoni fuq il-maroons u kien Neil Gatt Coleiro li ntwera l-karta safra għal foul.   Mat-tnejn u tletin minuta logħob Gozo pruvaw inaqsu l-iscore iżda is-shot ta’ Jason Portelli ġie salvat minn Keith Camilleri. Żewg minuti wara kienu Gżira li ħolqu paniku fil-kaxxa ta’ l-Għawdxin meta azzjoni tajba bejn Nico Corito u Keith Bonello bl-aħħar pass ta’ Bonello lejn Corito jkun xi ftit qasir bid-difiża ta’ Gozo tinnewtralizza l-periklu. Gozo setgħu faċilment skorjaw il-goal tal-bandiera izda Keith Camilleri kien attent ħafna fil-lasta tal-Gżira u b’żewġ saves konsekuttivi ċaħħad lil Għawdxin minn goal ċert.

Hawn kienu Gozo li għamlu it-tielet u l-aħħar sostituzzjoni tagħom.  Daħal jilgħab Michael Bezzina flok Johnny Camilleri.  Gżira komplew jikkontrollaw lil avversarji li għalkemm żiedu fil-pusses tal-ballun rari kienu perikolużi aktar lejn il-lasti ta’ Camilleri u fil-fatt l-aħħar azzjoni ta’ nota tal-partita waslet għand il-maroons fejn azzjoni oħra sabiħa fl-erbgħin minuta logħob bejn James Tabone, Hubert Bonello u Keith Bonello bis-shot finali ta’ Nico Corito jgħaddi barra pero mhux bogħod mill-lasti difizi minn Sultana.

Mas-suffara finali tar-referee stajna naraw il-ferħ evidenti tal-players u supporters numerużi Gżirjani li b’din ir-rebħa importanti reggħu qed jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika għalkemm b’logħba aktar mill-eqreb rivali.

Gozo Fc: 1 Steve Sultana, 13 Josef Buttigieg, 4 Peter Buttigieg, 6 Brian Mielak, 18 Robert Grima (16 Sam Frank Bajada), 19 Saviour Attard, 9 Jason Portelli, 17 Ryan Grech (14 Philip Attard), 7 Sean Muscat, 11 Mario Mifsud, 8 Johnny Camilleri (10 Michael Bezzina)

Res: 12 Joseph Grech, 15 Dylan Mercieca, 5 Jean Paul Mizzi

Gzira U: 12 Keith Camilleri, 55 Andre White, 8 Hubert Gatt Bonello, 2 James Tabone, 3 Neil Gatt Coleiro, 16 Josef Felice, 6 Keith Bonello, 20 Thane Micallef, 9 Alessandro Pirrone (69 Nico Corito), 26 Malcolm Sultana, 7 Steve Gatt (10 Richard Attard)

Res: 19 Etienne Ellul, 15 Gordon Mizzi, 4 Joe Mallia, 5 Richard Galea